PODCAST · society
Mary Iddur Iddur
by Cavemen Studios
A Cavemen Studios original podcast hosted by Sander Agius, bringing interviews, games, and unexpected moments with local celebrity guests.
-
7
Mary Iddur Iddur 007 – P.E. Marie-Louise Coleiro Preca
F’dan l-episodju ta’ Mary Iddur Iddur, Sander jilqa’ lil President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca għal diskussjoni sinċiera u personali. B’esperjenza vasta fil-ħajja pubblika u xogħol kontinwu fil-qasam soċjali, hija taqsam il-perspettiva tagħha dwar is-soċjetà, il-bżonn ta’ empatija u solidarjetà, u l-irwol li kull individwu għandu fil-bini ta’ komunità aktar inklussiva. Tul il-konverżazzjoni jitfaċċaw riflessjonijiet personali, stejjer mill-passat u ħsibijiet li jġiegħluk tieqaf u taħseb. Episodju li joffri bilanċ bejn serjetà, għerf u mumenti umani ġenwini. https://youtu.be/Z-n0pdV7zLI
-
6
Mary Iddur Iddur 006 – Fabio Spiteri
F’dan l-episodju ta’ Mary Iddur Iddur, Fabio Spiteri jingħaqad ma’ Sander għal konverżazzjoni li tidħol fid-dinja tal-isport u d-dixxiplina li teħtieġ biex tibni karriera bħala atleta. Fabio jitkellem dwar ir-rutina tiegħu ta’ kuljum, is-sagrifiċċji li jkollok tagħmel biex tibqa’ konsistenti, u l-mentalità meħtieġa biex taffaċċja sfidi u pressjoni. Tul l-episodju, il-konverżazzjoni timxi bejn mumenti ta’ daħk u riflessjonijiet fejn Fabio jiftaħ ukoll fuq esperjenzi personali u l-vjaġġ li wasslu biex ikun fejn hu llum. https://youtu.be/Jk1xSm0XeEs
-
5
Mary Iddur Iddur 005 – Lorella Castillo
F’dan l-episodju ta’ Mary Iddur Iddur, Sander jiltaqa’ mal-artista u fotografa Lorella Castillo għal konverżazzjoni dwar il-passjoni tagħha, kif bdiet il-vjaġġ tagħha f’dan il-qasam, u l-esperjenzi li sawru l-istil u l-perspettiva kreattiva tagħha. https://youtu.be/h5C-S-IA6Tc
-
4
Mary Iddur Iddur 004 – Jacqui Losco
F’dan l-episodju ta’ Mary Iddur Iddur, Sander jilqa’ lil Jacqui Losco għal diskussjoni dwar il-vjaġġ tagħha, l-esperjenzi, l-isfidi u s-suċċessi li ltaqgħet magħhom tul il-karriera tagħha. https://www.youtube.com/watch?v=kc57LABc7vo
-
3
Mary Iddur Iddur 003 – Ricky Caruana
F’dan l-episodju ta’ Mary Iddur Iddur, Sander jiltaqa’ ma’ Ricky Caruana għal konverżazzjoni li għanda ħafna daħk u mumenti ħfief, iżda li bil-mod il-mod tieħu direzzjoni aktar serja u personali. L-episodju jidħol fil-passat tiegħu, l-esperjenzi li sawruh, u r-realtajiet li ftit nies jafuhom. https://www.youtube.com/watch?v=IbkUyZyU-ms
-
2
Mary Iddur Iddur 002 – Raisa My Trio
It-tieni episodju ta’ Mary Iddur Iddur jlaqqa’ lil Sander ma’ Raisa ta' My Trio, f’diskussjoni onesta dwar id-dinja tal-influencing. L-episodju jħares lejn ir-realtajiet wara l-kontenut li naraw online, kif ukoll il-vantaġġi u l-isfidi ta’ dan l-istil ta’ ħajja f’era diġitali. https://youtu.be/0fFYckPUJkU
-
1
Mary Iddur Iddur 001 – Ron Briffa
Fl-ewwel episodju ta’ Mary Iddur Iddur, Sander jilqa’ miegħu lil Ron Briffa għal intervista mux tas-soltu. Bejn mistoqsijiet diretti u sensiela ta’ logħob oriġinali, Ron jurina min hu tassew mingħajr kantunieri. Episodju mimli daħk, sorpriżi u mumenti ġenwini li jikxef il-karti. 🎯🎲 https://www.youtube.com/watch?v=Xsmeiw8woqM
-
0
Mary Iddur Iddur Announcement
This original Cavemen Studios podcast is hosted by comedy legend Sander and features candid, in-depth conversations with a rotating lineup of local celebrity guests. Each episode blends interview-driven storytelling with interactive game segments, creating unscripted, entertaining moments that reveal a more personal and playful side of each guest. The format adapts to the guest’s background and energy, ensuring a fresh dynamic every episode. The podcast forms part of Cavemen Studios’ growing slate of original productions and will be distributed across YouTube, Spotify, Apple, Amazon, and Deezer. https://www.youtube.com/watch?v=VRbZUFPU5cs&feature=youtu.be
We're indexing this podcast's transcripts for the first time — this can take a minute or two. We'll show results as soon as they're ready.
No matches for "" in this podcast's transcripts.
No topics indexed yet for this podcast.
Loading reviews...
Loading similar podcasts...