MT - Storja u Fatti

PODCAST · news

MT - Storja u Fatti

Esplora l-iskeda ta’ żmien tal-Unjoni Ewropea Skopri l-mumenti kruċjali, il-figuri influwenti u l-istadji ewlenin li stabbilew il-pedamenti tal-Unjoni Ewropea. Dan il-podcast jiżvela l-istejjer tal-irġiel u n-nisa li l-kuraġġ u l-viżjoni tagħhom wittew it-triq għall-UE kif nafuha llum.Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio, ir-radju online tal-Parlament Ewropew. 

  1. 0

    It-Trattat ta’ Maastricht u kif evolva

    It-Trattat ta’ Maastricht, uffiċjalment magħruf bħala t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat fis-7 ta’ Frar 1992, f’Maastricht, fin-Netherlands, mit-12-il Membru tal-Komunitajiet Ewropej ta’ dak iż-żmien. Daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993, wara li ġie rratifikat mill-Membri kollha.It-Trattat ta’ Maastricht stabbilixxa formalment l-Unjoni Ewropea, u ttrasforma l-Komunità Ekonomika Ewropea f’unjoni aktar koeżiva u komprensiva. Introduċa wkoll iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea.

  2. -1

    Niftakru fi Srebrenica

    Fil-11 ta’ Lulju 1995, il-forzi Serbi Bożnijaċi, immexxija mill-Ġeneral Ratko Mladić, ħadu taħt idejhom il-belt ta’ Srebrenica fil-Lvant tal-Bożnija, li kienet ġiet iddikjarata Żona Sikura tan-Nazzjonijiet Uniti. Fil-jiem ta’ wara, aktar minn 8,000 Musulman, l-aktar irġiel u subien, ġew sistematikament maqtula u midfuna f’oqbra tal-massa. Eluf ta’ nisa, tfal u anzjani ġew deportati bil-forza. Bejn 20,000 u 50,000 mara u tifla sofrew vjolenza sesswali. In-Nazzjonijiet Uniti ddeskrivew il-ġenoċidju fi Srebrenica bħala l-agħar reat fuq art Ewropea mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn.

  3. -2

    L-20 anniversarju mill-akbar tkabbir tal-Unjoni Ewropea

    F’dan l-episodju, se nidħlu fl-istorja Ewropea biex niċċelebraw avveniment ewlieni: l-20 anniversarju mill-akbar tkabbir tal-UE. Fl-1 ta’ Mejju 2004, għaxar pajjiżi fil-qalba tal-Ewropa ssieħbu fl-UE, u żiedu disa’ lingwi ta’ ħidma uffiċjali ġodda tal-UE. Dan kien mument ta’ ċelebrazzjoni, għaqda u opportunitajiet bla limitu.

  4. -3

    Niftakru fil-vittmi tal-iskjavitù u l-kummerċ transatlantiku tal-iskjavi

    Il-kummerċ transatlantiku tal-iskjavi jirrappreżenta kapitolu mudlam u ta’ uġigħ fl-istorja tal-bniedem li dam għaddej ’il fuq minn 400 sena u li laqat aktar minn 15-il miljun persuna. Minkejja li l-iskjavitù tneħħiet, l-ideoloġiji razzisti għadhom jippersistu u għadhom sal-lum il-ġurnata jkomplu jsawru attitudnijiet u mġiba diskriminatorji. Inizjattivi bħall-Jum Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tifkira tal-Iskjavitù u tal-Kummerċ Transatlantiku tal-Iskjavi kif ukoll il-Ġimgħa tal-Unjoni Ewropea Kontra r-Razziżmu u favur id-Diversità għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza, jippromwovu l-ugwaljanza u joħolqu soċjetà aktar inklużiva.

  5. -4

    Iż-żona Schengen: nibnu fiduċja reċiproka billi nneħħu l-fruntieri

    Iż-Żona Schengen tkopri t-territorji ta’ sebgħa u għoxrin pajjiż Ewropew. Dawn jinkludu tlieta u għoxrin Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera. F’din iż-żona, huwa possibbli li tivvjaġġa liberament minn stat għall-ieħor, mingħajr ma jsirlek ebda kontroll fil-fruntieri. Dan kollu beda fl-1985, meta ħames Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ddeċidew li jabolixxu l-kontrolli fil-fruntieri interni.

  6. -5

    Il-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst

    Fl-2005, fis-60 anniversarju mil-liberazzjoni ta’ Auschwitz, riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti mmarkat is-27 ta’ Jannar bħala l-Jum Internazzjonali annwali ta’ Kommemorazzjoni b’tifkira tal-vittmi tal-Olokawst. Il-kelma “Olokawst” ġejja mill-Grieg u tfisser “sagrifiċċju bin-nar”. Din tintuża biex tiddeskrivi l-persekuzzjoni u l-qtil tal-massa sussegwenti ta’ 6 miljun Lhudi fl-Ewropa mir-reġim Nazista u l-kollaboraturi tiegħu. Bejn l-1933 u l-1945, gruppi oħra kienu wkoll fil-mira tar-reġim Nazista u l-alleati tiegħu, inklużi l-persuni Rom, il-persuni b’diżabilità, il-persuni Slavi, kif ukoll l-omosesswali, u l-membri ta’ ċerti gruppi reliġjużi u politiċi.

  7. -6

    Dar Jean Monnet

    Dar ħelwa bis-saqaf tat-tiben u bil-purtelli ċelesti, imkennija f'park mimli siġar qrib Pariġi. Kif tista' timmaġina li f'din id-dar tal-familja tfasslu l-futur tal-Ewropa u postha fuq ix-xena internazzjonali? Madankollu, din id-dar kienet l-isfond tal-ħajja u l-ħidma ta' wieħed mill-arkitetti tal-Unjoni Ewropea tal-lum: Jean Monnet

  8. -7

    Is-Suq Uniku Ewropew jagħlaq tletin sena. X'inhuma l-kisbiet u l-isfidi għall-ġejjieni?

    Is-suq uniku huwa wieħed mill-aktar kisbiet importanti tal-integrazzjoni Ewropea u wieħed mill-muturi ewlenin tagħha. Is-suq uniku ġie stabbilit fl-1 ta’ Jannar 1993, u jippermetti li l-merkanzija, is-servizzi, in-nies u l-kapital jiċċaqilqu b’mod liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Mill-ħolqien tiegħu ’l hawn, is-suq uniku stimola l-kummerċ u żied l-importanza tal-Unjoni Ewropea bħala msieħeb kummerċjali fil-livell dinji. Jagħmel ħajjet iċ-ċittadini aktar faċli u jagħti spinta lit-tkabbir u l-kompetizzjoni billi joħloq opportunitajiet ġodda għan-negozji Ewropej.

Type above to search every episode's transcript for a word or phrase. Matches are scoped to this podcast.

Searching…

We're indexing this podcast's transcripts for the first time — this can take a minute or two. We'll show results as soon as they're ready.

No matches for "" in this podcast's transcripts.

Showing of matches

No topics indexed yet for this podcast.

Loading reviews...

ABOUT THIS SHOW

Esplora l-iskeda ta’ żmien tal-Unjoni Ewropea Skopri l-mumenti kruċjali, il-figuri influwenti u l-istadji ewlenin li stabbilew il-pedamenti tal-Unjoni Ewropea. Dan il-podcast jiżvela l-istejjer tal-irġiel u n-nisa li l-kuraġġ u l-viżjoni tagħhom wittew it-triq għall-UE kif nafuha llum.Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio, ir-radju online tal-Parlament Ewropew.

HOSTED BY

Parlament Ewropew

CATEGORIES

URL copied to clipboard!