EPISODE · Apr 2, 2021 · 1H 49M
Ep 003 ma' Dr. Albert Bell
from Jon Mallia Podcast · host Jon Mallia
Il-mistieden tat-tielet poddata mhu ħadd għajr il-potenti Dr. Albert Bell. Soċjologu u lettur fl-Università ta’ Malta li meta ma jkunx qed jiwweldja srum l-istudenti mas-siġġu b’dik il-fjamma ta’ saġġezza severa li ilha titkebbes fih minn tal-inqas seba’ ħajjiet ... Dr. Bell ikun qed itir minn fuq il-palk għal ġo folla Metal Heads skatenati, waqt li l-bass li jkollu f’idu ma taqbiżx imqar demisemiquaver ... raġel bestjali dan. Ħerqan m’alla biex il-privileġġ assolut li nsir naf lil dan il-bniedem ta’ ruħ li tkanġi kull kulur naqsmu magħkom ilkoll. Għinuna nagħtu l-ħajja lil dan il-proġett, xerrdu daqsxejn il-kelma fejn u meta tistgħu. Grazzi tmur lill-ħbieb tagħna tal-eCabs li lill-Bell wassluhulna qawwi, sħiħ u fuq kollox komdu ... filwaqt li l-appoġġ li wrew lil dan il-podcast sa mill-bidu, urewh b'entużjażmu ġenwin li mballalna qalbna kuraġġ. Grazzi ta' vera.
Embed this episode
NOW PLAYING
Ep 003 ma' Dr. Albert Bell
No transcript for this episode yet
Similar Episodes
No similar episodes found.
Similar Podcasts
No similar podcasts found.