EPISODE · Apr 8, 2021 · 1H 41M
Ep 004 ma' Fr. Aaron Zahra - MOY 2020
from Jon Mallia Podcast · host Jon Mallia
Li l-Father magħmul ċkejken huwa fatt tal-ħajja. Li x-xogħol tiegħu ma' vittmi ta’ kull xorta huwa pero kbir, huwa ugwalment verita'. Il-Pirjol tal- kommunita Dumnikana tal- Birgu, Fr. Aaron Zahra, huwa r-rebbiegħ tal-Franks Man Of The Year 2020. Qaluli li l-Father mgħammar bi bżulija li ftit huma dawk li kapaċi jlaħħqu magħha. Tant dan minnhu li l-kollegi laqqmuh "il-Hyper", ċioe bniedem mingħajr xaba' għax-xogħol. Bir ta’ enerġija w entużjażmu bla qieħ. Għalijja Fr. Aaron bniedem ta’ prinċipju, il-kwalita' li bħala rari għadek issib minnha llum. Qis biss l-istqarrijiet kristallini li għamel dwar kif il-Knisja naqset lill-vittmi li gew abbużati minn niesha stess. Kif il-qofol ta’ tali konverżazzjoni għanda tkun il-ħarsien ta’ min gie vvittimizzat. Kemm hawn min ma jiddarrasx meta jigi biex jistqarr il-verita sħiħa fuq l-organiżżazzjoni li tħaddnu? M'hu faċli xejn. Anzi, gest li trid daqxejn guts għalih mhux ħazin.
Embed this episode
Ready to play
Ep 004 ma' Fr. Aaron Zahra - MOY 2020
No transcript for this episode yet
Similar Episodes
No similar episodes found.
Similar Podcasts
No similar podcasts found.