Ep 006 ma' Sonya Sammut episode artwork

EPISODE · Apr 22, 2021 · 2H 3M

Ep 006 ma' Sonya Sammut

from Jon Mallia Podcast · host Jon Mallia

Sonya hija xjentista b’interess speċjali fil-bijoloġija evoluzzjonarja. Tħaddan viżjoni li fiha tara kommunitajiet ta’ nies  imsejsa fuq ir-responsabbilta` u r-rispett lejn xulxin, passjoni għan-natura u dak kollu li hu sabiħ, u moħħ miftuħ bil-kurżita` ta’ mara ferm iżgħar fl-eta`. Bl-għarfien li għandha tax-xjenzi naturali, u anke dawk applikati f’diversi oqsma, inkluż l-agrikoltura u l-intrapriża, Sonya taħdem fis-Servizz Pubbliku bħala uffiċjal inkarigata mill-politika fil-qasam tal-biedja u l-ikel, u hija lettur l-Universita` ta’ Malta.  Fil-korsijiet ta’ studju tagħha, ‘The Biology of Struggle’ u ‘The Biology of Well-being’ Sonya tispjega kif it-teorija u l-prinċipji tal-evoluzzjoni jistgħu jgħinuna nifhmu il-mekkaniżmi li jirregolaw l-imġieba tagħna, u li din it-tip ta’ konoxxenza taf twassal biex insibu soluzzjonijiet għal uħud mill-problemi li niffaċċaw ta’ kuljum. Il-blog tagħha, ‘The Biology of Things’ li wieħed jista’ jaqra fuq https://www.sonyasammut.com, mhux xej ħlief proġġett li permezz tiegħu Sonya tissellef xi ftit mill-ideat meraviljużi li nsibu fid-dipartimenti tal-bijoloġija u tal-psikoloġija, u tnissel minnhom ħsibijiet li jagħtuna perspettiva differenti u li tista’ twassalna biex inħossuna aħjar fil-ħajja tagħna.  Sonya għandha interess partikolari dwar kemm in-nisa u l-irġiel huma differenti minn xulxin u kif, ġaladarba n-natura ma fasslithomx pariċċ, kellha raġuni. Sonya temmen li min-naħa tagħna għandna napproffittaw minn dan il-fatt, billi nibnu fuq dak li jsaħħaħna, billi nikkumplimentaw lil xulxin, u noħolqu t-tip ta’ narrattiva li t-tfal tagħna jistħoqqilhom jirtu.  Il-Mistieden issibu fuq https://www.facebook.com/sonya.sammut ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta'  Derek Meats Beerhead eCabs Etisicura Richmond Rapid Screening Malta Valletta Glass ************************************************* Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt ************************************************* Tħabbeb Magħna Facebook YouTube Patreon TikTok Instagram Tista wkoll tkellimna fuq [email protected]

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Apr 22, 2021

Embed this episode

NOW PLAYING

Ep 006 ma' Sonya Sammut

0:00 2:03:08

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Jon Mallia Podcast?

This episode is 2 hours and 3 minutes long.

When was this Jon Mallia Podcast episode published?

This episode was published on April 22, 2021.

Can I download this Jon Mallia Podcast episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!