PODCAST · religion
IS-SALMI fuq KattoliċiLIVE.com
by Kattoliċi LIVE
Spjegazzjoni u Qari ta' Kull Salm fl-Iskrittura Mqaddsa!Salm ġdid kull nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa!Kitba tal-Papàs Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega Kattolika ta' Sidtna Marija ta' Damasku.Produzzjoni ta' Kattoliċi LIVE għall-Kattoliċi Maltin.Segwina fuq Instagram, Facebook u TikTok
-
5
SALM 24
24 (23). Id-daħla trijonfali ta' l-arka fit-tempju[S:24:1] Salm ta' David.Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha,id-dinja u kull ma jgħix fiha.[S:24:2] Għax hu fuq l-ibħra waqqafha,u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha.[S:24:3] Min jista' jitla' fuq l-għolja tal-Mulej,min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?[S:24:4] Min għandu idejh indaf u qalbu safja,min ma jagħtix ruħu għall-frugħa,u anqas ma jaħlef bil-qerq.[S:24:5] Dan ikollu barka mingħand il-Mulej,u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.[S:24:6] Dan hu n-nisel ta' dawk li jfittxuh;li jfittxu 'l wiċċek, Alla ta' Ġakobb.[S:24:7] Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta'dejjem,ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja![S:24:8] Min hu dan is-Sultan tal-glorja?Hu l-Mulej setgħan u qawwi,il-Mulej qawwi fit-taqbida.[S:24:9] Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta'dejjem,ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja![S:24:10] Min hu dan is-Sultan tal-glorja?Hu l-Mulej ta' l-eżerċti:dan hu s-Sultan tal-glorja!
-
4
SALM 3
3. Tama fit-tiġrib[S:3:1] Salm ta' David, meta ħarab minn quddiemibnu Absalom.[S:3:2] Kemm kotru, Mulej, l-għedewwa tiegħi!Ħafna huma dawk li qamu għalija;[S:3:3] ħafna huma dawk li jgħidu fuqi:"M'hemmx salvazzjoni għalih f'Alla!"[S:3:4] Imm'int, Mulej, tarka madwari,inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi.[S:3:5] Jien b'leħen għoli l-Mulej insejjaħ;hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu.[S:3:6] Immur nimtedd u norqod,u nqum, għax il-Mulej iżommni.[S:3:7] Ma nibżax minn poplu sħiħli jinġema' madwari kontrija.[S:3:8] Qum, Mulej, salvani, Alla tiegħi!Int tajt bil-ħarta lill-għedewwa tiegħi kollha,lill-ħżiena kissirtilhom snienhom.[S:3:9] Tiegħek, Mulej, ir-rebħa;il-barka tiegħek fuq il-poplu tiegħek.
-
3
SALM 2
2. Is-saltna universali tal-Messija[S:2:1] Għaliex jixxewwxu l-ġnus,u l-popli jreddnu għal xejn?[S:2:2] Is-slaten ta' l-art iqumu,u l-kbarat jiftiehmu bejniethomkontra l-Mulej u l-Midluk tiegħu:[S:2:3] "Ħa nkissru l-ktajjen tagħhom,u ntajjru minn fuqna l-irbit tagħhom!"[S:2:4] Dak li hu fis-smewwiet jidħak bihom,il-Mulej biċ-ċajt jeħodhom.[S:2:5] Mbagħad ikellimhom bil-herra,bil-qilla tiegħu jkexkixhom:[S:2:6] "Għax jien għamiltu s-sultan tiegħi,fuq Sijon, l-għolja mqaddsa tiegħi!"[S:2:7] Irrid inxandar id-digriet tal-Mulej;hu qalli: "Ibni int, jien illum nissiltek.[S:2:8] Itlobni, u l-ġnus nagħtik b'wirtek,u truf l-art bi priża tiegħek.[S:2:9] B'virġa tal-ħadid int tkissirhom,bħal ġarra tal-fuħħar frak tagħmilhom. "[S:2:10] U issa, slaten, ifhmu sewwa;twiddbu, intom li taħkmu l-art.[S:2:11] Aqdu lill-Mulej bil-biża',u bir-rogħda riġlejh busu,[S:2:12] li ma jagħdabx u intom tinqerdu,għax malajr tixgħel il-qilla tiegħu.Hienja dawk kollha li jistkennu fih!
-
2
SALM 1
1. L-hena veru tal-bniedem[S:1:1] Hieni l-bniedemli ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena,li ma jiqafx fi triq il-ħatjin,li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;[S:1:2] imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu,lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu.[S:1:3] Hu bħal siġra mħawwla ħdejn nixxigħat ta' l-ilmali tagħmel il-frott fi żmienha,u l-weraq tagħha ma jidbielx;hu jirnexxi f'kull ma jagħmel.[S:1:4] Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk;iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.[S:1:5] Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq,ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin.[S:1:6] Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha;imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.
-
1
SALM 30
30 (31). Radd il-ħajr għall-ħelsien mill-mewt[S:30:1] Salm. Innu għad-Dedikazzjoni tat-Tempju.Ta' David.[S:30:2] Ngħollik, Mulej, għax erfajtni,u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija.[S:30:3] Mulej, Alla tiegħi, jien sejjaħtlek;sejjaħtlek, u int fejjaqtni.[S:30:4] Mulej, tellajtli mill-mewt 'il ruħi,ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra.[S:30:5] Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,faħħru l-isem imqaddes tiegħu.[S:30:6] Għax ftit iddum is-saħna tiegħu,iżda għomor sħiħ l-imħabba tiegħu.Fil-għaxija jidħol il-biki,fil-għodu jidwi l-għajat ta' ferħ.[S:30:7] Mela jien għedt fl-aħjar tiegħi:"Żgur li qatt ma niċċaqlaq! "[S:30:8] Mulej, bil-pjaċir tiegħekfuq muntanja qawwija qegħedtni;mbagħad ħbejt wiċċek minni,u jien tħawwadt għalkollox.[S:30:9] Lilek sejjaħt, Mulej;lil Sidi tlabt il-ħniena.[S:30:10] X'tieħu int jekk inkun mejjet,jekk jiena ninżel fil-qabar?Se jfaħħrek forsi t-trab?Se jxandar il-fedeltà tiegħek?[S:30:11] Ismagħni, Mulej, u ħenn għalija;kun, Mulej, l-għajnuna tiegħi.[S:30:12] Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi,neżżajtni min-niket, bil-ferħ ħażżimtni.[S:30:13] Għalhekk ruħi tgħannilek bla heda;Mulej, Alla tiegħi, nfaħħrek għal dejjem!
No matches for "" in this podcast's transcripts.
No topics indexed yet for this podcast.
Loading reviews...
ABOUT THIS SHOW
Spjegazzjoni u Qari ta' Kull Salm fl-Iskrittura Mqaddsa!Salm ġdid kull nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa!Kitba tal-Papàs Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega Kattolika ta' Sidtna Marija ta' Damasku.Produzzjoni ta' Kattoliċi LIVE għall-Kattoliċi Maltin.Segwina fuq Instagram, Facebook u TikTok
HOSTED BY
Kattoliċi LIVE
CATEGORIES
Loading similar podcasts...