Bur Mgħeż #1: Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar - Omar N’Shea episode artwork

EPISODE · Nov 15, 2023 · 58 MIN

Bur Mgħeż #1: Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar - Omar N’Shea

from Aphroconfuso

« Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti. »Noti: Għal dan l-esej ikkonsultajt “Prehistoric Burials in a Cave at Bur-Meghez, Near Mkabba, Malta” ta’ Napuljun Tagliaferro, ippubblikat fil-ġurnal Man Vol. 11 (1911) mir-Royal Anthropological Institute of Great Britain & Ireland; ukoll il-Fieldnotes ta’ Temi Zammit, speċjalment Vol. 3 fejn hemm id-daħliet tal-1911. Malta and the Mediterranean Race ta’ Richard Noël Bradley kien ippubblikat minn T.F. Unwin fl-1912. Qrajt ukoll “Past Dark”, fil-ktieb Archaeology of Darkness, Marion Dowd u Robert Hensey ed., Oxbow Books 2016, u Neolithic Cave Burials: Agency, Structure and Environment ta’ Rick Peterson, Manchester University Press 2019. Qrajt il-kitbiet ta’ Anton Mifsud u hawn nirreferi għat-taħdita tiegħu “Anaemia in Ancient Times: Can We Obtain Any Useful Information from the Study of Ancient Maltese Skulls?” li ppreżenta lill-Malta Branch of The British Medical Association fl-2006. Anthony Pace huwa l-arkeologu l-iktar infurmat fuq is-sit ta’ Bur Mgħeż. Waqt li kont qed nikteb dawn l-esejs, ħareġ il-kapitlu tiegħu fit-tielet volum tal-pubblikazzjonijiet tal-Proġett FRAGSUS bit-titlu Temple People: Bioarchaeology, Resilience and Culture in Prehistoric Malta, McDonald Institute for Archaeological Research, Cambridge 2023. Ix-xogħol fuq dan il-volum sar minn Simon Stoddart, Ronika K. Power, Jess E. Thompson, Bernardette Mercieca-Spiteri, Rowan McLaughlin, Eóin W. Parkinson, Anthony Pace u Caroline Malone. Pace kien diġà ppubblika xi tagħrif f’Malta Before History, Daniel Cilia ed., Miranda Publishers 2004.Ħajr lil Stefan Aquilina, u lil Carl Caruana, ħabib u kompliċi f’dak kollu li hu franka. Ukoll, lis-sur Farrugia, li llum jgħix Birkirkara, li flimkien tħadditna fit-tul fuq ix-xogħol li kien għamel fil-barriera Taċ-Ċomba ġewwa l-Imqabba. Ħajr ukoll lil dawk in-nies li ltqajt magħhom waqt il-mixi tiegħi ġewwa l-Imqabba u li flimkien tkellimna fuq il-barrieri, fuq il-wirt kulturali, fuq Bur Mgħeż, u fuq kif post jintesa.https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-1-ftit-qabel-dfint-l-ommi-mort-infittex-qabar/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Nov 15, 2023

Embed this episode

NOW PLAYING

Bur Mgħeż #1: Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar - Omar N’Shea

0:00 58:53

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 58 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on November 15, 2023.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!