PODCAST · arts
Aphroconfuso
by Aphroconfuso
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll. Hosted on Acast. See acast.com/privacy</a
Episodes
-
Marta Marta (silta) - Sibt il-Mistrieħ - Loranne Vella
« Ir-raqda, nhar ta’ Sibt, Dolores tibdieha mal-qawmien, għax nhar ta’ Sibt filgħodu Dolores ma tqumx, la tistenbaħ man-noti tal-qniepen għax il-qniepen ma jdoqqux, la tqum mir-raqda, la tqum mis-sodda, la tinżel isfel għall-fatra. Ma tiltaqa’ la ma’ Concetta, la ma’ Beneditta, la ma’ Marija...
-
Ommi Saret id-Dawl Fiddien - Miriam Galea
Ommi saret għasfur magħdur bilkemm titrejjaq, tgħid biss ftit kliem wiċċha ċkejken, għajnejn lubien. ... kompli aqra l-poeżija fuq Aphroconfuso: https://aphroconfuso.mt/miriam-galea-ommi-saret-id-dawl-fiddien/ Ommi saret il-qamar (Ma mere est devenue la lune) tagħmel parti minn Għadajjar…
more -
Sal-Għasfur Isib Fejn Jgħammar - Nathan Anthony Pace
« Imxejna tul il-ġnien infittxu post iżolat. Qalli li nofsu Taljan u iktar ħawwadni, donni kont se nġarrab it-temmija ta’ nofs intimità ma’ Sqalli li r-rabta etimoloġika bejn amuri u amicizzia kien studjaha sew u għamilha l-missjoni ta’ ħajtu li jirxuxtaha, dak li meta tlaqt mid-dar għamel lejl...
-
Noti Editorjali: Kurt Borg
« Naħseb li din hija tema importanti, hija kważi djalettika jew tensjoni bejn l-individwalità li titlob il-kitba u l-kollettività tal-grupp u tal-attiviżmu. Jien naħseb li hemm tensjoni importanti bejniethom, jiġifieri t-tnejn iżommuni ankrat b’modi varji. Jekk jiena nkun inkwetat dwar…
more -
Pollakki ta’ Chełmno - Glorianne Micallef
« Fl-2024 ktibt lil Roberta Metsola, użajt dak li ħsibt li naf fuq kif jaħsbu u jaġixxu l-politikanti, stħajjiltni xi manipulatriċi prima. Kienet għadha kif ġiet rieletta fil-Parlament Ewropew u kkonfermata bħala l-President. Semmejtilha lilek, li għadek tarbija, fuq kif irrid li Metsola tkun ta’...
-
“siġra tal-lewż” - Jasmine Bajada
għażiża poeta, meta nkun qed insuq u ninnota, għall-ewwel darba, is-siġar tal-lewż mogħni bil-fjur roża, inħossni nimtela — se nfur — bix-xewqa li nikteb din ix-xbieha. mhux hekk nixtiequ mill-poeżija? ... kompli aqra “siġra tal-lewż” fuq https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-siġra-tal-lewż/...
-
Fejn Ħallejtha r-Rota Meta Ħrabt? - Karl Schembri
« L-immaġni tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħet il-gwerra fuq l-Ukrajna, reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa. X’sar minnu dal-proxxmu bla isem? Fejn mar bir-rota, dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofs dil-ħerba? U kienet...
-
Siġra bil-Frott - Nathan Anthony Pace
Din il-poeżija hija reazzjoni għall-pittura Fruit Tree ta’ Harold Ancart f’wirja dwar Milton Avery u l-influwenza tiegħu fuq artisti kontemporanji. https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-siġra-bil-frott/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Distanzi Twal - Jean Paul Borg
« L-esklussività tad-dinja tal-baħar fissret solitudni aktar intensa, u aktar kemm ikun fond aktar tintensifika. Il-baħar baxx, il-qiegħ tista’ tmissu b’saqajk speċjalment fil-bidu ta’ xi bajja, jistieden lin-nies, jagħmlu aktar aċċessibbli, kważi kważi anki jekk ma tafx tgħum. Għandu element ta’...
-
Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea
« Nassoċja dawn il-postijiet mal-istejjer tan-nies, mal-attivitajiet tan-nies, u bdejna nisimgħu dawn l-istejjer fuq il-barriera stess. Waqt l-okkupazzjoni tal-militar Ingliż f’din il-barriera kien ukoll qed isir ix-xogħol tas-sess. Allura ħafna mit-tfal tal-lokal kienu jiġu mbeżżgħa biex ma...
-
Noti Editorjali: Ryan Falzon
« Karozza ibrida hija newtrali. L-ibridu bla ħoss, l-ibridu ma tistax tbagħbas fih. Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu sticker mit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħ il-karburatur tal-magna tal-karozza li għadek kif ġibt u…
more -
Jisimni Gianna - Loranne Vella
« Dwar il-korla tan-nannu ma’ wliedu sirt naf ħafna wara, wara li ommi mietet, meta z-ziju beda jiftaħ qalbu miegħi dwar it-tfulija tiegħu kull meta kont nistaqsih biex jiddeskrivili kif kienet ħajjithom meta kienu żgħar biex ikolli iktar ma’ xiex niggranfa ladarba ma stajtx nitkellem iżjed…
more -
Noti Editorjali: Jimmy Grima
Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u...
-
Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt
Fit-23 ta’ April, fiċ-Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni f'Ħ’Attard, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb kellna taħdita dwar Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, li din is-sena qed jiġi meqjus għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja. Jiddiskutu dan...
-
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella
Beverly Agius f’taħdita ma’ Loranne Vella waqt it-tnedija tar-rumanz Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress li saret fl-10 ta’ April fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta. https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-taċ-Ċedru-saqaf-taċ-Ċipress/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for...
-
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026. It-tnedija se ssir fis-7pm fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website u ejja iġbru waqt it-tnedija. F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha…
more -
Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace
« Naħseb li r-reliġjon hija t-tieni lingwa tiegħi, illum. Il-Malti, imbagħad ir-reliġjon. ’Qas l-Ingliż. Għax nikbru fihom, u tant kont involut fil-Mużew. Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija. L-allużjonijiet bibliċi, pereżempju t-teoloġija, il-morali, id-duttrina, id-dommatika, dawn...
-
Noti Editorjali: Miriam Galea
« Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi l-istint. Pjuttost proċess awtomatist. Fit-teatru tbegħidt ftit mill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiem in-nies, u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li…
more -
Noti Editorjali: Nicole Borg
« Dak inqisu l-punt tat-tluq tar-riċerka tiegħi, il-problema li hawn bħalissa bl-iżgumbrament tal-bdiewa, jiġifieri din hija xi ħaġa li bdiet primarjament minn żmien il-Covid. Qisha faqqset dak iż-żmien però issa qed naraw li qed tikkalma ftit is-sitwazzjoni. Il-bdiewa litteralment qed jiġu...
-
Es Sidr (taħdita u siltiet) - Omar N’Shea
« Meta kont qiegħed infittex il-ġeneru ta’ kitba fil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mort l-ewwel lejn il-kotba tal-istorja u lejn il-bijografiji, l-awtobiografiji, u mhux fil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares...
-
Noti Editorjali: Kristina Borg
« Li beda joħroġ b’mod prominenti fis-sena sabbatika kien il-proċess, li dejjem kont konxja tiegħu u dejjem kont nitkellem ħafna dwaru u għalija dejjem kien importanti. Kultant iktar importanti mir-riżultat finali sa ċertu punt. Jew biex inpoġġiha aħjar, il-proċess minnu nnifsu huwa riżultat...
-
persefoni tmur tixtri l-ħwejjeġ secondhand - Nathan Anthony Pace
« Aħna nibdlu l-ġeneru ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’lbarra. Ġisimna jibdel l-istaġuni: sitt xhur Ade sitt xhur Demetra sitt xhur alla bejniethom. » https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-persefoni-tmur-tixtri-l-ħwejjeġ-secondhand/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy...
-
Es Sidr (silta) - Omar N’Shea
Biex tixtri dal-ktieb, ibgħat €20 lil revolut.me/aphroconfuso u għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas bil-Paypal, fuq l-email [email protected]. Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba,...
-
Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg
Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu...
-
L-Għoxx Mera tar-Ruħ - Glorianne Micallef
« Issibha diffiċli biex tqum minn fuq il-bank. Tħoss qalbha tħabbat iżżejjed, wasal il-ħin li twettaq il-pjan li fasslet il-lejl ta’ qabel wara l-bikja, hi u tiekol biċċa wara biċċa mill-kejk sa ma taħnet nofsu. Taf li ma tistax tibqa’ bilqiegħda hemm għal dejjem. Taf li din il-bawxata, avolja...
-
Bur Mgħeż #5: Id-difna tal-memorji - Omar N’Shea
« Żoni ambigwi bħal dawk li kienu parti mill-apparat kolonjali f’Malta huma iktar diffiċli tagħmel sens minnhom minħabba li, mat-tluq tal-Ingliżi, kien hemm xi wħud li ma kellhom l-ebda idea ċara dwar is-sjieda tal-art. Ħafna ħassewhom intitolati għal biċċa plott u ma damux ma ħadu li sabu…
more -
Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Invokazzjonijiet: ir-raba’ - Beverly Agius
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-4-ir-raba/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Invokazzjonijiet: it-tielet - Beverly Agius
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-3-it-tielet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Invokazzjonijiet: it-tieni - Beverly Agius
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-2-it-tieni/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Invokazzjonijiet: l-ewwel - Beverly Agius
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-1-l-ewwel/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Noti Editorjali: Ryan Falzon
« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd...
-
Il-Kastell - Leslie Vassallo
Minn fuq is-swar tal-belt tara għoljiet imwieġ iħaddru — Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru. Minn fuq il-fortizza tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir; Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt; Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila. ......
-
Marċ Maqbuż - Leslie Vassallo
Ix-xitwa tmut hekk — Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar; Riefnu jiġbed nifs sagħtar — Berwieq għarwien fuq irdum, wiċċ nemex tal-bużbież; iħirsa — jew aħna — max-xifer. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-marċ-maqbuż/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
-
Wirja - Leslie Vassallo
Immorru, ukoll, minn labirint toroq, għal wirja ta’ pitturi, statwi — Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu; swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq: U nofs dawra qaddisin martri b’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom. Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar — ......
-
Dwar sens ta’ ħarifa - Kurt Borg
« Nazzarda ngħid li l-esej biddilli ħajti u l-mod kif inħares lejha. Ngħid dan bir-riskju li dal-kliem jinstema’ klixè. Infatti, għalija l-esej bħala tip ta’ kitba jitgeżwer f’dan ir-riskju. Ħafna drabi, jien u nikteb l-esej, kien ikun hemm vuċi ġo fija li tgħidli: “Imma min se jimpurtah minn din...
-
Aċtu fl-Istonku - Loranne Vella
« It-te aħdar itiegħem ħażin, forsi għax mhux tajjeb nixorbu filgħodu. Il-bżar mixwi jeħilli fil-gerżuma. Ma rridx nibla’. Imma hemm tliet uċuh iħarsu lejja jien u nipprova nomgħod, ma rridx naqla’ fil-platt quddiemhom. Irrid norqod. Għajjiena dal-aħħar. Bħal meta nitħeddel bis-sħana…
more -
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru sitta - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tlieta - Kris Polidano
narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. » Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming,...
-
il-ġentrifikazzjoni tas-skiet - Nathan Anthony Pace
« tistenbaħ kakofoniku tħawwad il-borma tixgħel il-kitla tgħalli litru ilma trattab l-arja bil-kafè fwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewda u l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji... » https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-il-ġentrifikazzjoni-tas-skiet/ Hosted on Acast. See...
-
nonfoħ fil-kustilji allużjonijiet ġodda - Nathan Anthony Pace
« Tistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma l-kumplimenti kumplimenti jibqgħu, jiġu mingħand min jiġu. Ngħidilha li Ġesù Kristu żelaq min-nifs li nieħu bħad-dijossidu tal-karbonju u ma nafx għadx jerġa’ jidħol. Tgħidli li Alla nefaħ fil-kustilji t’Adam u ħoloq lill-mara u nħossha tifhimni....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru ħamsa - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru erbgħa - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità (taħdita)
Fl-24 ta’ Jannar 2025 fis-6:00pm, flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri, konna l-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwar il-kitbiet f’Aphroconfuso u Omar N’Shea mexxa d-diskussjoni. Kurt tkellem dwar il-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin...
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru tlieta - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tnejn - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru tnejn - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru wieħed - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru wieħed - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira....
-
lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar - Jasmine Bajada
Jasmine Bajada taqra “lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar”. https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-lil-poeta-li-qalli-li-qed-jikteb-bħal-wieħed-vera-xiħ-dan-l-aħħar/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
We're indexing this podcast's transcripts for the first time — this can take a minute or two. We'll show results as soon as they're ready.
No matches for "" in this podcast's transcripts.
No topics indexed yet for this podcast.
Loading reviews...
ABOUT THIS SHOW
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.
Hosted on Acast. See acast.com/privacy</a
HOSTED BY
Aphroconfuso
Loading similar podcasts...