Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg episode artwork

EPISODE · Sep 18, 2025 · 30 MIN

Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg

from Aphroconfuso

Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu għad fadal l-aħħar ftit metri, u membru ieħor tal-ekwipaġġ jaqra ċ-ċitt tal-karta, ifittex ftit, u jistaqsi, “Da sola?” Il-ħanina dinja, erġajna! Qisha xi litanija tas-seba’ visti. Xi ż-żigg trid? Mhux aħjar tgħidli fejn għandi mmur, forsi norqod. Daqshekk stramba li mara tivvjaġġa waħedha? Anki Lucie Azema tikteb dwar kif fl-istorja tal-ivvjaġġar il-baħrin irġiel ma kinux iħallu n-nisa jitilgħu abbord, tant li ħolqu superstizzjoni li mara abbord iġġib xorti ħażina, l-istess bħall-fniek u l-qassisin.Il-Kodiċi tal-Ġustizzja Klimatika li nsemmi fl-esej huwa Climate Justice Code: For artists, art workers, and arts organisations situated in the Global North, maħruġ mill-Climate Justice Code working group (Casco Art Institute 2023) u disponibbli online. The ABC of the Projectariat: Living and working in a precarious art world, ta’ Kuba Szreder huwa pubblikazzjoni Manchester University Press 2021; fuq il-website tagħhom, il-pubblikaturi għandhom sinopsi tajjeb tal-ktieb. Les femmes aussi sont du voyage: L’émancipation par le départ ta’ Lucie Azema huwa pubblikazzjoni Flammarion 2021. La vita bugiarda degli adulti ta’ Elena Ferrante huwa pubblikazzjoni E/O 2019. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Sep 18, 2025

Embed this episode

NOW PLAYING

Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg

0:00 30:08

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 30 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on September 18, 2025.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!