Ġilda - Kurt Borg episode artwork

EPISODE · Jul 9, 2023 · 52 MIN

Ġilda - Kurt Borg

from Aphroconfuso

« Hemm karru bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż. L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff. Bil-frosta f’idu, il-kuċċier qed jittajjar lejn is-sħab u lil hinn minnu. Iż-żwiemel, speċjalment l-iswed, kultant jissaraw mal-kuċċier, jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom jaqilbu l-karru. Il-kuċċier iqum bilwieqfa jwiddeb liż-żwiemel. B’idejh it-tnejn jiġbed b’kemm jiflaħ fuq ir-riedni marbutin mal-ilġiem ta’ ġo ħalqhom. Iż-żwiemel jogħtru taħt is-saħħa tal-kuċċier u, bla ma jridu, jobduh. Imma t-taqbida bejniethom tkompli. Żiemel minnhom jiġbed ’l hawn u l-ieħor jiġbed ’l hemm sa ma l-kuċċier jitlef il-kontroll, il-karru jinqasam u jegħleb mis-smewwiet għall-art. »Noti: L-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin huwa maqlub għall-Malti minn Val V. Barbara (Provinċja Agostinjana, 1989). Fil-ħarġa numru 20 ta’ L-Aċċent, Ivan Said jitkellem dwar Val V. Barbara, traduttur prolifiku mhux biss ta’ Santu Wistin, li tiegħu qaleb ukoll Il-Belt ta’ Alla, imma wkoll tal-evanġelji, ta’ Shakespeare, ta’ Goldoni, u oħrajn. Ivan Said huwa wkoll l-editur, flimkien ma’ Jonathan Farrugia, tal-pubblikazzjoni iktar riċenti tal-ewwel tliet kotba tal-Istqarrijiet, traduzzjoni ta’ P. Ugolin Gatt u Karmenu Vassallo. Judith Butler ħarġu Precarious Life: The Powers of Mourning and Violence (Verso, 2004) bħala risposta għall-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 fi New York u l-gwerer li ġew wara fl-Afganistan u l-Iraq. Id-dettalji dwar l-isem tal-Ingieret ġejjin minn Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Publishers Enterprises Group Ltd, 2000) ta’ Godfrey Wettinger. The Visible and the Invisible ta’ Maurice Merleau-Ponty (ed. Claude Lefort, tr. Alphonso Lingis) huwa pubblikazzjoni ta’ Northwestern University Press, 1968.https://aphroconfuso.mt/kurt-borg-ġilda/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Jul 9, 2023

Embed this episode

NOW PLAYING

Ġilda - Kurt Borg

0:00 52:43

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 52 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on July 9, 2023.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!