EPISODE · Jan 29, 2025 · 1H 26M
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità (taħdita)
from Aphroconfuso
Fl-24 ta’ Jannar 2025 fis-6:00pm, flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri, konna l-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwar il-kitbiet f’Aphroconfuso u Omar N’Shea mexxa d-diskussjoni. Kurt tkellem dwar il-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024) u qara silta minnu. Noah Fabri tkellmet dwar ir-rumanz tagħha It-Togħma Morra taċ-Ċiċri (Merlin 2024) u wkoll qrat silta minnu. Raylene tkellmet dwar diversi kitbiet li jidhru f’Antoloġija 1 u li jidhru wkoll online fosthom Medusa ta’ Rowena Grech, Il-Labra, Il-Lanza, il-Qoffa, l-Azzarin ta’ Loranne Vella, Likantropi ta’ Davinia Hamilton, u d-Djarju ta’ Warren Bartolo. Omar N’Shea mexxa t-taħdita. Tkellimna dwar il-kitba bil-Malti, il-ħbiberija, il-karattri f’rumanz imnebbħin mill-ħbieb tal-awtur, ir-reviżjoni, id-differenza bejn ir-rumanz u l-esej, u bosta suġġetti oħra.Rafel Grima, il-Librar, introduċa s-serata. Minn qalbna nirringrazzjawh talli laqagħna .L-aħħar ftit minuti tat-taħdita ma nqabdux fir-recording.https://abbozzi.aphroconfuso.mt/raylene-abdilla-noah-fabri-kurt-borg-omar-nshea-poddata-2025-01-29-ħbiberija-ħrejjef-komunità/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Embed this episode
NOW PLAYING
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità (taħdita)
No transcript for this episode yet
Similar Episodes
No similar episodes found.
Similar Podcasts
No similar podcasts found.