EPISODE · Aug 22, 2026 · 15 MIN
Il-kittieb Għawdxi Joe M. Attard fi żjara fl-Awstralja
from SBS Maltese - SBS bil-Malti
Il-kittieb, poeta, xandar u preżentaur Għawdxi Joe M. Attard bħalissa jinsab għal vaganza fl-Awstralja ma’ ibnu, Francesco Pio. F’din l-intervista ma’ Joe Axiaq, jitkellem dwar il-karriera tiegħu bħala għalliem, l-attivitajiet tiegħu fil-qasam soċjali u reliġjużi f’Għawdex u l-imħabba tiegħu għal art twelidu, Għawdex. Joe M Attard jitkellem ukoll dwar il-poeżiji li jikteb għal okkażjonijiet speċjali, inklużi avvenimenti kommemorattivi, anniversarji, ċelebrazzjonijiet u mumenti sinifikanti oħra, li ħafna minnhom inġabru u ġew ippubblikati f’żewġ kotba. L-aħħar pubblikazzjoni tiegħu, L-Għanja tat-Tifkira, Vol. 2, mistennija titnieda fil-Palazz tal-President f’Malta.
Embed this episode
NOW PLAYING
Il-kittieb Għawdxi Joe M. Attard fi żjara fl-Awstralja
No transcript for this episode yet
Similar Episodes
No similar episodes found.