Il-Kliem fit-Teorija (taħdita) episode artwork

EPISODE · Mar 27, 2024 · 50 MIN

Il-Kliem fit-Teorija (taħdita)

from Aphroconfuso

“Il-Kliem fit-Teorija” kienet taħdita li saret fil-21 ta' Marzu 2024 waqt il-festival Kampus Kotba, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. It-taħdita kienet it-tnedija ta’ proġett bl-istess isem fuq il-ġurnal.Termini fil-ħsieb kontemporanju malajr isibu ruħhom fid-diskors kulturali u politiku mingħajr ma jkun sar ingaġġament mar-raġunijiet għalfejn nużaw lilhom flok oħrajn. Meta niktbu bl-istess lingwa li biha naqraw, faċli nużaw dal-kelmiet mingħajr ma nirriflettu wisq fuqhom. Iżda meta niktbu bil-Malti, id-diffikultà tat-traduzzjoni tista’ ssir privileġġ: tagħtina l-opportunità ningaġġaw mill-qrib mat-termini qabel indaħħluhom fil-lingwa tagħna. “Il-Kliem fit-Teorija” huwa proġett fejn kittieba u speċjalisti jiddiskutu t-traduzzjoni fil-Malti ta’ kliem fil-ħsieb kontemporanju. Il-kelliema kienu Aaron Aquilina, Noah Fabri u Omar N’Shea.« Il-filosofija mhijiex sempliċiment ġabra ta’ termini, u t-traduzzjoni tal-filosofija mhijiex biss it-traduzzjoni ta’ dawk it-termini. Iżda l-kelmiet speċjalizzati jakkumulaw tifsiriet kumplessi u jekk naqbdu nużawhom mingħajr ħsieb, qisu m’għandhomx l-istorja tagħhom, inkunu qed naħluhom. Inkunu qed nużawhom biss bħala kantaliena, bħalma darba konna nitolbu bl-amment, mingħajr responsabbiltà lejn dak li qed ngħidu, mingħajr ma nħalluhom isawruna mill-ġdid. Kull kelma hi kuntratt ta’ tifsir u meta niġu biex naqilbuha fi lsienna, dak huwa l-aqwa mument biex nippruvaw nifhmu aħjar dak li qed nippruvaw ngħidu biha. »https://aphroconfuso.mt/il-kliem-fit-teorija/Peress li kien hemm ħafna attività fil-festival, kellna nipproċessaw ir-recording biex inneħħu l-istorbju mill-isfond, u għaldaqstant f'xi waqtiet il-kwalità tal-vuċijiet mhix għolja daqs is-soltu. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Mar 27, 2024

Embed this episode

NOW PLAYING

Il-Kliem fit-Teorija (taħdita)

0:00 50:51

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 50 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on March 27, 2024.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!