Il-Kuxjenza fit-Truf - Joe Gatt episode artwork

EPISODE · Sep 27, 2023 · 14 MIN

Il-Kuxjenza fit-Truf - Joe Gatt

from Aphroconfuso

Nota dwar it-traduzzjoni ta' “It-Tipjip”, kapitlu minn La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo.« Ir-relazzjoni ta’ Svevo u l-persunaġġi tiegħu mat-Taljan ma kinitx wisq ’il bogħod minn dik li kienet ta’ Maltin tal-istess żmien, u tal-istess klassi borgeża. Malta, bħal Trieste, kienet iktar minn darba ġiet fil-mira tal-irredentisti Taljani: żewġ ‘gżejjer’ miżmumin bil-ħakma tal-ikbar żewġ imperi ta’ dak iż-żmien milli jwettqu d-destin tagħhom u jingħaqdu ma’ ħuthom Taljani... Bħal ħafna nies ta’ madwar il-ġenerazzjoni tiegħi, jien naf it-Taljan mhux partikolarment għax tgħallimtu l-iskola — għalkemm l-iskola tgħallimtu sew — imma għax meta kont tfal l-iktar li konna naraw kien televixin bit-Taljan. Kien hemm ħafna programmi Taljani stess, naturalment, imma kien hemm ukoll ħafna programmi Ingliżi, u speċjalment Amerikani u Ġappuniżi. Din kienet dinja fejn detectives ġo San Francisco, il-korpi tas-salvataġġ fuq ir-ramliet tal-Hawaii u robots twal għaxar sulari f’Tokyo tal-futur kollha kienu jitkellmu bid-djalett ċar u b’vokali miftuħin li s-Sinjorina Luti kien għoġobha tgħarraf lil Manzoni li kien aċċettabbli fis-salotti tan-nies puliti ta’ Firenze fil-bidu tas-seklu dsatax. »Noti: Maltese and Other Languages: A Linguistic History of Malta ta' Joseph M. Brincat (Midsea Books, 2021) jagħti l-istorja tal-Malti mill-bidu nett. The Malta Language Question: A Case Study in Cultural Imperialism ta' Geoffrey Hull (Said International, 1993) daqsxejn kaotiku imma dettaljat ħafna u anki Brincat jużah biex jgħid l-istorja tiegħu. Tullio de Mauro, fil-ktieb tiegħu Storia linguistica dell'Italia unita 2011 (Einaudi, 1963) kien qal li meta l-Italja ngħaqdet, 2.5% biss tan-nies fit-territorju issa Taljan kienu fil-fatt jitkellmu lingwa li tinftiehem lil hinn mir-reġjun tagħhom, u madwar 10% kienu jifhmuha. Anki min ma jaqbilx ma' dawn il-figuri, jagħti figuri baxxi ħafna. La coscienza di Zeno huwa disponibbli f'ħafna edizzjonijiet. L-edizzjoni ta' Einaudi (2019) fiha esej tajjeb ħafna tal-editur, Mario Lavagetto.https://aphroconfuso.mt/joe-gatt-il-kuxjenza-fit-truf/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Sep 27, 2023

Embed this episode

NOW PLAYING

Il-Kuxjenza fit-Truf - Joe Gatt

0:00 14:27

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 14 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on September 27, 2023.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!