EPISODE · Oct 31, 2023 · 58 MIN
Kif Tgħidha f'Qalbek (taħdita)
from Aphroconfuso
“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta' Ottubru 2023. Fuq stedina ta' Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta' Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg, Davinia Hamilton u Omar N'Shea.“Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawn l-ewwel xogħlijiet li għandna fil-ġurnal tagħna din it-taqbida kienet ta’ spiss parti importanti mill-kitba u mill-proċess editorjali. Meta l-ewwel niddeċiedu li niktbu dwar suġġetti li aħna intiżi fihom imbagħad wara nagħżlu li niktbu dwarhom bil-Malti, insibu ruħna nipproċessaw ideat illi dejjem qrajniehom b’lingwa oħra, probabbilment bl-Ingliż, u li għalhekk bqajna naħsbuhom b’din il-lingwa. Meta niġu biex nartikolawhom bil-Malti nsibu ruħna nitqabdu bejn l-idea nnifisha u espressjoni preċiża u eleganti.”Peress li kien hemm ħafna attività taħt it-tinda tal-Festival, kellna nipproċessaw ir-recording biex inneħħu l-istorbju mill-isfond u għaldaqstant, f'xi waqtiet il-kwalità tal-vuċijiet hija inqas mis-soltu. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Embed this episode
NOW PLAYING
Kif Tgħidha f'Qalbek (taħdita)
No transcript for this episode yet
Similar Episodes
No similar episodes found.
Similar Podcasts
No similar podcasts found.