Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano episode artwork

EPISODE · Feb 8, 2024 · 19 MIN

Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano

from Aphroconfuso

Jgħidu li l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa. Bil-Malti għandna l-idea ta’ ħin u l-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti. Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor. Il-ħin tħossu għaddej. Iż-żmien, però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddew is-snin, li ġa ilek f’din id-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħaffer fl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuq id-dinja eluf ta’ snin, miljuni. F’“Manifest Kontra ż-Żmien”, Kris Polidano, f’dik in-nofs siegħa interminabbli ta’ vjaġġ b’tal-linja, tkejjel kull mument; kull minuta tagħfas fuqha bil-ħsejjes, l-irwejjaħ u l-memorji tagħha. L-eċċezzjoni trivjali ta’ ħsara fil-karozza ġġegħelha taqsam il-ħin tagħha fil-gelgul taż-żmien mal-folla għajjiena wara x-xogħol. L-opportunità li tiċċassa ’l barra mit-tieqa tagħtiha ċ-ċans li l-ħin tarah jissarraf fi żmien. “Lil ġismek għalxejn tipprova tgħidlu biex ma jikbirx; dak li jrid jagħmel. Il-ġenetika diġà qiegħda hemm f’postha, lesta biex tgħidlek li sormok ser jikbirlek u ser jieqaf jidħollok ġol-qalziet li għext fih għal sajf sħiħ; li r-riħa ta’ ġismek ser titlef dik l-aħħar qatra riħa newtrali — ħjiel tat-terra li jobżqu minn kull pora bis-saħħa t-tfal, u li nibqgħu nkarkru biha sa ma l-ewwel xagħra tiżbroffa minn taħt abtna.”https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-manifest-kontra-ż-żmien/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Feb 8, 2024

Embed this episode

NOW PLAYING

Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano

0:00 19:36

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 19 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on February 8, 2024.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!