Skip to content
Noti Editorjali: Kristina Borg episode artwork

Dec 4, 2025 47 min

Noti Editorjali: Kristina Borg

from Aphroconfuso

« Li beda joħroġ b’mod prominenti fis-sena sabbatika kien il-proċess, li dejjem kont konxja tiegħu u dejjem kont nitkellem ħafna dwaru u għalija dejjem kien importanti. Kultant iktar importanti mir-riżultat finali sa ċertu punt. Jew biex inpoġġiha aħjar, il-proċess minnu nnifsu huwa riżultat finali. Imma naħseb fis-sena sabbatika ġejt konxja tal-proċess u minn hemm bdejt nirrealizza, isma’ l-bijonota kważi kważi qisu hemm template u kulħadd jimla din it-template. U kien hemm istituzzjoni f’din l-aħħar sena, kont qiegħda residenza u talbuni bijonota vera b'mod riġidu. Riedu ħames sentenzi. Fl-ewwel sentenz għid hekk. Uża hekk. Ibdieha hekk. Jiġifieri kienet vera imla l-vojt, biex imbagħad jużaw il-bijonota fuq il-website tagħhom. U jien dak iż-żmien kont għaddejja minn dan il-proċess li nirrevedi l-bijonota tiegħi. Kelli tir li nbiddel il-bijonota u kont għadni qed nifhem xi rrid inbiddel. Allura kont tajthom il-bijonota kif riduha, għax ovvjament dawn riduha fi żmien ma nafx kemm. Ir-residenza kienet f'April, xahar. Jien stess ma kontx għadni fhimt kif irridha. Imma “isma’ ix-xogħol tiegħi huwa hekk, għamilt hekk, mort hemmhekk, kelli esebizzjoni hemm, ħadt dan il-premju” x’qed jgħidu fil-verità? Meta bdejt naħseb li kieku xi ħadd jaqraha din il-bijonota u mbagħad xi ħadd jiltaqa’ miegħi, tant hemm ċertu anonimat fiha, qisu ma tistax tpoġġi wiċċ mal-kitba, u bdejt naħseb ħafna fuq kif nista’ nikkomunika iktar is-sens tal-proċess. Allura aktar milli x’nagħmel, kif nagħmlu. »

Episode details come from the podcast's RSS feed.

Embed this episode

Ready to play

Noti Editorjali: Kristina Borg

0:00 47:05

No transcript yet.

Requests help us decide what to transcribe next.

Frequently asked questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 47 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on December 4, 2025.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.