Noti Editorjali: Ryan Falzon episode artwork

EPISODE · Apr 21, 2025 · 53 MIN

Noti Editorjali: Ryan Falzon

from Aphroconfuso

« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd waranofsinhar bil-karozza. Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjament il-ħruġ bil-karozzi llum il-ġurnata jsir ukoll. Il-Ħadd filgħodu kmieni huwa l-unika slott fejn wieħed jista’ joħroġ vettura klassika u ma jsibx daqshekk traffiku, forsi joħroġ ħafna iktar moħħu mistrieħ li mhux ħa jsib dak il-ġenn. Jekk għandu karozza ta’ preġju li tista’ tkun involuta f’aċċident... Imma jiena qed inħares lejn il-ħarġa klassika ta’ wieħed kiel, ħareġ il-karozza b’mod ċerimonjuż għall-aħħar, saq għal xi mkien, baqa’ fil-karozza. Ittratta l-karozza bħala estensjoni tad-dar, bħala kamra tad-dar, mar lura u daqshekk. Dan ġeneralment qatt ma ħareġ mid-dar, jiġifieri qisu baqa’ f’ambjent domestiku… Meta aħna ngħidu ħarġa l-Ħadd bil-karozza waranofsinhar ħafna drabi jiġu f’moħħna xi koppja anzjani jew koppja bit-tfal, biss ukoll hemm kultura fost iż-żgħażagħ li għadha b’saħħitha ħafna u kien ta’ faxxinu kif it-teknoloġija u l-avvanzi għenu biex il-karozza ġiet domestikata iktar minn qatt qabel. Jieħdu l-laptop magħhom jaraw Netflix fil-karozza u jġibu takeaway. Il-vettura li għandha l-potenzjal illi timxi u ddur u tiċċaqlaq tibqa’ statika, u vettura oħra tiġi sserviha. Jiena għalija dik hija affaxxinanti, il-fatt li qisek bqajt hemm, qisek litteralment qbadt kamra minn ġod-dar ħriġtha u poġġejtha xi mkien ieħor imma xorta bqajna fil-konfini tad-domestiċità. »https://aphroconfuso.mt/ryan-falzon-poddata-2025-04-21-noti-editorjali-6-ryan-falzon/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Apr 21, 2025

Embed this episode

NOW PLAYING

Noti Editorjali: Ryan Falzon

0:00 53:10

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 53 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on April 21, 2025.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!