Qarn (silta) - Romeo Roxman Gatt episode artwork

EPISODE · Aug 10, 2023 · 53 MIN

Qarn (silta) - Romeo Roxman Gatt

from Aphroconfuso

« Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedha u lil ommi, li hi l-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawn l-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi tqala waħda kellha, u ħarġulha tnejn f’daqqa. Ifhem, mhux eżatt hekk l-istorja. Kellha tissielet miegħi sew biex ħarġitni. Ara oħti, dik ħarġet qisha kienet fuq żurżieqa llubrikata biż-żejt. Hekk nimmaġinaha, nieżla gass mal-pjanċa daqslikieku kienet l-iSplash & Fun. It-tabib kien ħaseb li tewmin tifla u tifel kien ħa jkollha ommi. Imma meta ħriġt jien ma kellix saħħa nitkellem (aħseb u ara kemm kellha ommi miskina, wara battikata bħal dik) u ma stajtx ngħidilhom li jien tifel inħoss li ridt inkun u mhux tifla. Iddeċidew għalina u kitbuna tifla u tifla. Kemm jien u kemm oħti konna nafu li żbaljaw, imma għedna: forsi dan żball li bilfors kellu jseħħ. Naħlef li ma kienx għaddieli minn moħħi li żbalji bħal dawn kienu ħa jibqgħu jkarkru s’issa. Għalaqt 32 sena s-sajf l’għadda; Lulju u l-Iljun. »Din is-silta hija meħuda mill-ewwel abbozz ta’ Qarn, li huwa pubblikazzjoni Aphroconfuso 2025.Noti: In a Queer Time & Place: Transgender Bodies, Subculture Lives ta’ Jack Halberstam huwa ppubblikat minn NYU Press, 2005. Il-Ħabs: L-Istorja tal-Ħabsijiet f’Malta (1800-2000) ta’ Edward Attard huwa maħruġ minn PEG, 2007 (2000). Il-Ħarsa ta’ Rużann (1985) ħareġ f’ħafna edizzjonijiet minn Klabb Kotba Maltin, l-aħħar waħda fl-2011.https://aphroconfuso.mt/romeo-roxman-gatt-qarn/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Episode metadata supplied by the publisher feed · Published Aug 10, 2023

Embed this episode

NOW PLAYING

Qarn (silta) - Romeo Roxman Gatt

0:00 53:34

No transcript for this episode yet

We transcribe on demand. Request one and we'll notify you when it's ready — usually under 10 minutes.

No similar episodes found.

No similar podcasts found.

Frequently Asked Questions

How long is this episode of Aphroconfuso?

This episode is 53 minutes long.

When was this Aphroconfuso episode published?

This episode was published on August 10, 2023.

Can I download this Aphroconfuso episode?

Yes. Use the download control on the episode player to save the publisher-provided media file.
URL copied to clipboard!