MT - Ħallina mill-Kliem Tqil podcast artwork

PODCAST · news

MT - Ħallina mill-Kliem Tqil

It-terminoloġija tal-UE spjegata b’lingwaġġ ċarIl-podcast Ħallina mill-Kliem Tqil jispjega t-terminoloġija kumplessa tal-UE b’lingwaġġ ċar. Kemm jekk inti espert jew għadek tibda, din is-sensiela ta’ podcasts tippermettilek taqbad art tal-kumplessitajiet billi tgħinek issir aktar familjari mal-istituzzjonijiet tal-UE bi spjegazzjonijiet ċari u sempliċi.

  1. 0

    Ħallina mill-Kliem Tqil. Ir-rwol tar-rapporteur

    Li tkun Membru tal-Parlament Ewropew ma jfissirx biss li tivvota u tieħu sehem fid-dibattiti waqt is-sessjoni plenarja. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jkunu responsabbli għat-tfassil ta’ rapport li jirrappreżenta l-opinjoni tal-Parlament dwar proposta jew dwar kwalunkwe suġġett ieħor: dan huwa r-rwol tar-rapporteur.

  2. -1

    Ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali

    Il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali flimkien jiddefinixxu l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni. Din il-kooperazzjoni tieħu ħafna forom. Ejjew nagħtu ħarsa ġenerali qasira lejha f’dan il-podcast.

  3. -2

    Ir-rwol tal-kumitati parlamentari.

    Minbarra li jattendu għas-sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-PE jagħmlu parti mill-kumitati parlamentari. Dawn il-kumitati huma numerużi u kull wieħed minnhom huwa speċjalizzat f’suġġett. Imma kif jaħdmu?

  4. -3

    Ħallina mill-Kliem Tqil: Ir-rwol tal-Osservaturi

    Ladarba jiġu eletti, il-Membri tal-PE jistgħu jassumu diversi rwoli. Jistgħu jservu bħala l-President jew bħala Viċi President tal-Parlament Ewropew, jidħlu f’kumitati, jew saħansitra jsiru osservaturi. Minkejja li hija pożizzjoni li nisimgħu inqas dwarha, ir-rwol ta’ osservatur xorta huwa rwol importanti daqs l-oħrajn fi ħdan il-Parlament.F’dan l-episodju, se nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn xi jfisser li tkun osservatur sabiex nifhmu aħjar min jista’ jsir osservatur, x’inhuma d-dmirijiet tiegħu u kif jopera.

  5. -4

    X’inhi s-sessjoni plenarja?

    Meta naħsbu fil-Parlament Ewropew, ħafna drabi nimmaġinaw lill-Membri jivvutaw fl-Emiċiklu. Fil-verità, dawn il-votazzjonijiet isiru biss darba f’xahar, waqt is-sessjoni plenarja. Imma fiex jikkonsistu dawn is-sessjonijiet plenarji, u kif isiru?

  6. -5

    Ħallina mill-Kliem Tqil: il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew

    Qatt smajt bil-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew?Mit-titlu tal-kariga tagħhom, jidher biċ-ċar li huma għandhom rwol kruċjali fil-Parlament u li huma personalitajiet politiċi importanti.Imma taf x’jagħmlu eżattament il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew, min huma u kif jiġu eletti?

  7. -6

    X’tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew?

    Ħallina mill-Kliem Tqil. X’tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew?

  8. -7

    Ħallina mill-Kliem Tqil X’inhu Kwestur?

    Wara l-elezzjoni tal-President u tal-14-il Viċi President, il-Parlament Ewropew jgħaddi għall-elezzjoni tal-Kwesturi. Imma x’inhu r-rwol tagħhom?

  9. -8

    Ħallina mill-kliem tqil. Ir-rwol tal-Bureau

    Il-Parlament Ewropew mhuwiex magħmul biss mill-Membri, jew kif nafuhom aħjar, l-MEPs. Wara l-kwinti ta’ din l-istituzzjoni immensa hemm eluf ta’ persuni, li ta’ kuljum jaħdmu biex l-Unjoni Ewropea ssir aktar aċċessibbli, funzjonali u trasparenti għaċ-ċittadini tagħha. B’tant persuni involuti, il-ġestjoni ta’ din l-istituzzjoni teħtieġ korpi amministrattivi bħalma huwa l-Bureau.

  10. -9

    X’inhu l-Istrument Kontra l-Koerċizzjoni?

    Il-koerċizzjoni ekonomika, li tfisser l-użu ta’ għodod ekonomiċi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi, saret problema dejjem aktar serja għall-gvernijiet u n-negozji tal-Unjoni Ewropea. Il-Membri tal-Parlament Ewropew adottaw miżuri biex jgħinu lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jipproteġu l-interessi tagħhom mir-rikatt ekonomiku u mill-influwenzi tas-suq manipulattivi minn pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-Unjoni Ewropea. Bis-saħħa tal-Istrument Kontra l-Koerċizzjoni li għadu kif ġie stabbilit, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea issa għandhom il-mezzi legali biex jindirizzaw miżuri koerċittivi minn pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-Unjoni Ewropea. Dan huwa strument essenzjali f’sitwazzjoni ġeopolitika dejjem aktar assertiva. Iżda x’inhu dan il-mekkaniżmu u kif jaħdem?

Type above to search every episode's transcript for a word or phrase. Matches are scoped to this podcast.

Searching…

We're indexing this podcast's transcripts for the first time — this can take a minute or two. We'll show results as soon as they're ready.

No matches for "" in this podcast's transcripts.

Showing of matches

No topics indexed yet for this podcast.

Loading reviews...

ABOUT THIS SHOW

It-terminoloġija tal-UE spjegata b’lingwaġġ ċarIl-podcast Ħallina mill-Kliem Tqil jispjega t-terminoloġija kumplessa tal-UE b’lingwaġġ ċar. Kemm jekk inti espert jew għadek tibda, din is-sensiela ta’ podcasts tippermettilek taqbad art tal-kumplessitajiet billi tgħinek issir aktar familjari mal-istituzzjonijiet tal-UE bi spjegazzjonijiet ċari u sempliċi.

HOSTED BY

Parlament Ewropew

CATEGORIES

Frequently Asked Questions

How many episodes does MT - Ħallina mill-Kliem Tqil have?

MT - Ħallina mill-Kliem Tqil currently has 10 episodes available on PodParley. New episodes are automatically indexed when they're published to the podcast feed.

What is MT - Ħallina mill-Kliem Tqil about?

It-terminoloġija tal-UE spjegata b’lingwaġġ ċarIl-podcast Ħallina mill-Kliem Tqil jispjega t-terminoloġija kumplessa tal-UE b’lingwaġġ ċar. Kemm jekk inti espert jew għadek tibda, din is-sensiela ta’ podcasts tippermettilek taqbad art tal-kumplessitajiet billi tgħinek issir aktar familjari...

How often does MT - Ħallina mill-Kliem Tqil release new episodes?

MT - Ħallina mill-Kliem Tqil has 10 episodes. Check the episode list to see recent publication dates and frequency.

Where can I listen to MT - Ħallina mill-Kliem Tqil?

You can listen to MT - Ħallina mill-Kliem Tqil on PodParley by clicking any episode. We provide an embedded audio player for direct listening, and you can also subscribe via your preferred podcast app using the RSS feed.

Who hosts MT - Ħallina mill-Kliem Tqil?

MT - Ħallina mill-Kliem Tqil is created and hosted by Parlament Ewropew.
URL copied to clipboard!